Internazzjonali

Eluf ta’ persuni arrestati fir-Russja

Ir-Renju Unit u l-Istati Uniti kkundannaw it-tattiċi ħorox li qed jintużaw mill-awtoritajiet Russi fil-konfront ta’ dawk li ħarġu jipprotestaw fit-toroq. Fl-aħħar jiem infatti kważi 3,400 persuna ġew arrestati wara li eluf ħarġu jipprotestaw wara l-arrest ta’ Alexei Navalny.

Navalny huwa l-Kap tal-Oppożizzjoni fir-Russja, u kien arrestat wara li ġie lura minn Berlin hekk kif kien vittma ta’ attentat fuq ħajtu permezz tal-valenu.

Fost dawk li sfaw arrestati hemm mart Navalny li nżammet mill-pulizija għal kważi 30 siegħa.

Bosta rapporti qed jindikaw li kontinwament l-ammont ta’ nies għal dawn id-dimostrazzjonijiet qed jiżdiedu. Qed ikun indikat li l-għajtiet tal-poplu Russu qed ikunu kontra t-tmexxija ta’ Vladimir Putin u kif ukoll biex jinħeles Navalny mill-arrest.