Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq is-sur

Ritratt mill-Arkivji

Żagħżugħ ta’ 25 sena, mill-Iżvizzera, sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq is-sur ta’ Triq San Bastjan fil-Belt Valletta.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-3:45 ta’ dalgħodu hekk kif intalbet l-assistenza fil-limiti tal-Fossa tal-Belt.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza u li ħa liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura meħtieġa.

Bil-Każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marsanne Farrugia li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.