Lokali

Ħabta bejn tliet vetturi f’Ħal Qormi

Għall-ħabta tat-7.45 ta’ dalgħodu seħħ inċident fi Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi.

Minn informazzjoni li waslitilna jidher li f’dan l-inċident kienu involuti tliet karozzi.

Immedjatament fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieqa fejn aktar tard wieħed minhom ittieħed l-Isptar Mater Dei hekk kif kien qed isofri minn xokk qawwi.