Lokali

“Il-ftuħ tal-inkjesta pubblika għandu jiġi diskuss mingħajr dewmien”

L-avukati David Bonello u Joe Giglio f’isem il-familja ta’ Miriam Pace, fi stqarrija saħqu li l-familja tixtieq li l-mozzjoni Parlamentari biex tinfetah inkjesta pubblika …tkun diskussa minghajr aktar dewmien. Dan wara kwazi 11-il xahar mit-tragedja li hasdet il-hajja ta’ Miriam Pace taht it-tifrik ta’ darha stess.

Il-mozzjoni Parlamentari b’rabta mal-inċident li seħħ f’Marzu li għadda kienet tressqet mill-Partit Nazzjonalista.. bil-familja tinsisti li din il-mozzjoni ghandha tigi diskussa mingħajr aktar dewmien, u ma tibqax tiġi injornata.

Filwaqt li l-familja Pace laqghet il-publikazzjoni tar-rapport tal-panel tal-esperti  wara li seħħet din it-traġedja, insistiet li dan l-istess rapport hu konferma li l-istituzzjonijiet naqsu b’mod car fl-obbligu tagħhom li jissalvagwardjaw il-ħajja ta’ terzi, speċifikament f’dan il-każ ta’ Miriam Pace

Għalhekk il-pubblikazzjoni ta’ dan ir-rapport, jwassal biex tissaħħaħ il-fehma tal-familja Pace biex tinfetaħ inkjesta pubblika mingħajr aktar dewmien, liema talba s’issa għad ma hemmx risposta għaliha. Il-mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista kienet tressqet originarjament mid-deputati Robert Cutajar, Adrian Delia u Claudio Grech. Il-materja kienet tqajjmet diversi drabi fil-Kumitat tax-Xoghol tal-Kamra…izda l-Gvern minn naha tieghu baqa’ jiskartaha.