Lokali Parlament

Il-Gvern ma ħax il-passi fil-ħin fil-kostruzzjoni; għalhekk seħħew l-inċidenti

Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-Gvern ma ħax il-passi fil-ħin fil-kostruzzjoni; għalhekk seħħew l-inċidenti fatali.

Fil-parlament Edwin Vassallo qal li kieku ittieħdu l-passi fil-ħin, ma kienux iseħħu d-diversi inċidenti gravi li seħħew. Hu staqsa jekk il-Gvern hux qed iressaq din il-liġi b’konvinzjoni jew b’konvenzjenza.

Il-Gvern hu responsabbli għall-mewt ta’ Miriam Pace għax ma ħax il-passi neċessarji qabel seħħ l-inċident; il-vittmi mhix biss Miriam Pace u dawk li tilfu djarhom iżda l-industrija tal-kostruzzjoni u s-sidien tal-artijiet fejn ġraw l-inċidenti flimkien mal-kuntratturi u l-ġirien.

Hu qal li l-ekonomija għandha tissaħħaħ imma mhux bil-libertinaġġ iżda b’responsabbiltà. Il-Prim Ministru ħalla dan is-settur mingħajr regoli biex kulħadd ikun jista jaħdem bla regoli.

Il-PN ilu jappella biex din l-industrija tkun indirizzata u trattata b’mod ħolistiku; is-soluzzjonijiet m’humiex biss il-liġijiet. Irid ikun hemm ukoll ir-rieda tal-Gvern, sostna Edwin Vassallo, li appella biex ma jkunx hemm żidiedet fl-ispejjeż tal-kostruzzjoni minħabba li ż-żgħażagħ ma jifilħux jixtru propjetà. Il-Gvern neħħa l-istandards u s-serjetà mis-settur tal-kostruzzjoni

Edwin Vassallo appella biex il-Gvern jerfa’ r-responsabbiltà u mhux jgħaddiha fuq il-kuntrattur.