Lokali

Il-Malta-India Women’s Chamber tingħaqad mal-Kamra tal-Kummerċ

Il-Kamra tal-Kummerċ flimkien mal-Malta-India Women’s Chamber ingħaqdu u qablu li jikkooperaw b’mod attiv biex irawmu klima ta’ diversifikazzjoni ekonomika, żvilupp u kooperazzjoni bejn Malta u l-Indja, fi ħdan netwerk globali mmexxi minn nisa.

Il-ftehim jaqa’ b’mod ċar fi ħdan l-isforz tal-Kamra tal-Kummerċ biex tippromwovi l-viżibilità, l-iżvilupp u l-avvanz tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija ta’ negozju, li jinkludi l-front tal-internazzjonalizzazzjoni.

Jippresiedi l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet kien hemm il-Perit David Xuereb, President tal-Kamra tal-kummerċ, Dame Jane Chircop, President tal-WICCI Malta u Doreen Cutrona, Viċi President ta’ WICCI Malta.