Internazzjonali Lokali

Il-PN jifraħ lill-President tal-Portugall


Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lill-President tal-Portugall li lbieraħ ġie kkonfermat għat-tieni darba. Marcelo Rebelo de Sousa reġa’ ġie elett wara li rċieva l-kunsens ta’ 61% tal-elettorat u b’hekk se jkompli l-mandat li beda fid-9 ta’ Marzu tal-2016.

Permezz ta’ stqarrija Carmelo Mifsud Bonnici il-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Roselyn Borg Knight isSegretarja Internazzjonali tal-PN intqal li l-President Portuġiż ġab miegħu esperjenza twila fil-ħajja politika u akkademika. Waħda li serviet lilu u lill-Unjoni Ewropea tul dan iż-żmien diffiċli li għaddejjin minnu. Forza ta’ stabbilta’ iktar u iktar matul dawn is-sitt xhur li fihom il-Portugall għandu f’idejh l-Presidenza tal-istess Unjoni Ewropea.