Lokali

Jiftaħ il-Forum Malti għas-Sostenibbilta’

Il-poplu Malti għandu jindirizza l-miri maħruga min-Nazzjonijiet Uniti fejn jidhol l-iżvilupp sostenibbli. Dan sabiex fi żmien 30 sena, inkunu f’pożizzjoni aħjar bħala pajjiż fejn jidhol l-ambjent soċjali.

Hekk stqarr il-President ta’ Malta George Vella, meta fetaħ il-Forum Malti ghas-Sostenibblità.

F’intervent li għamel, il-President Vella semma’ l-importanża tan-nisa u l-irgiel sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Huwa qal li l-preżenża tan-nisa hija bżonnjuża u fundamentali …u qal li n-nisa għandhom ikunu spala ma’ spalla mal-irġiel f’kull qasam tas-soċjetà.

Huwa sostna li ghalkemm in-numru ta’ nisa f’livell terżjarju ta’ edukazzjoni żdied ħafna, m’hemmx bilanċ bejn is-sessi fl-irwoli eżekuttivi. Għalhekk bħala pajjiż ghandna nahdmu aktar sabiex in-nisa ikunu fit-tmun tat-tmexxija.

Il-President George Vella sema ukoll l-edukazzjoni ambjentali, li hija ċ-ċavetta sabiex il-poplu Malti jiġi konxju li r-riżorsi naturali mhumiex eterni. Għalhekk l-edukazzjoni ambjentali għandha tiġi offruta lil kulħadd sabiex bħala poplu intejjbu l-ambjent ta’ madwarna u nibżgħu ghar-riżorsi naturali limitati tagħna. Huwa fakkar fl-importanza li wieħed jirriċkla l-skart, jnaqqas l-użu u jerġa juża’ l-skart fejn mehtieg.

Il-President ta’ Malta għamel referenża ghall-kunċett magħruf bhala ‘Donghut Economic Model’ li ħarġet bih l-ekonomista Ingliza Kate Raworth, b’enfasi fuq l-importanza li nissodisfaw il-ħtigijiet tal-popli…minghajr effett negattiv fuq id-dinja.