Sport Sport Ieħor

L-ewwel avveniment tal-MSSF Trap għal din is-sena

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organizzat l-ewwel avveniment tal-MSSF Trap għal din is-sena. Emanuel Bugeja ħareġ rebbieħ f’dan l-ewwel avveniment filwaqt li William Chetcuti u Brian Galea spiċċaw fit-tieni u t-tielet post ripsettivament.

Il-kompetizzjoni saret fix-Shooting Range Nazzjonali u ġiet maqsuma fuq jumejn, b’75 target fl-ewwel ġurnata u 50 target fil-finali li saret fit-tieni ġurnata.

Is-sitt finalisti fl-ordni tal-Bib skond ir-riżultati tal-kwalifikazzjoni kienu : William Chetcuti114/125, John Marmara 111/125, Emanuel Bugeja 110/125, James Galea Jr. Laqat 110/125, Brian Galea 109/125, Mario Buhagiar 109/125

Ir-Riżultati Finali:

Emanuel Bugeja 44/50, William Chetcuti 41/50, Brian Galea 31/40, John Marmara 24/35, James Galea Jr. 21/30, Mario Buhagiar 18/25