Lokali Parlament Unjoni Ewropea

Abela se jagħmel stqarrija ministerjali dwar is-summit tal-UE…imma għada

Intervent tal-Oppożizzjoni fis-seduta parlamentari tal-lum wassal biex il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara li kien se jagħmel stqarrija ministerjali dwar dak li seħħ fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill tal-UE, iżda din se ssir għada.

Kien il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar li staqsa lill-Prim Ministru jekk, kif inhi l-proċedura, hux se jagħmel stqarrija ministerjali kif isir wara kull laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-UE.

Robert Cutajar qal li din l-istqarrija kienet importanti iktar u iktar minħabba li dan il-Kunsill iddiskuta l-COVID fl-UE u l-miżuri li qed jittieħdu.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li hu kien preżenti għall-Kunsill u fih għamel il-pożizzjoni ċara dwar il-vacine passport . Hu sostna li f’dan il-Kunsill hu apprezza r-realtà li qed jgħixu fiha pajjiżi oħra, kompla li dan kien Kunsill li sar online u ddikjara li se jagħmel stqarrija ministerjali għada.