Lokali Qorti

Niġerjan mixli bi traffikar ta’ kannabis

Niġerjan ta’ 37 sena ġie mixli li kellhom 10 qratas kannabis f’ċirkostanzi li juru li din ma kinitx għal użu esklussiv tiegħu. Hasan Jebrel residenti Marsaskala ġie mixli li wettaq dan ir-reat nhar il-Ħadd u fix-xhur ta’ qabel.

Huwa ġie mixli wkoll li kkommetta dawn ir-reati f’distanza ta’ 100 metru minn paramentru ta’ skola, klabb jew entità fejn normalment jiltaqgħu ż-żgħażagħ u li sar reċidiv b’sentenza sospiża mogħtija mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.

Huwa inżamm taħt arrest preventiv wara li t-talba tiegħu għall-pleġġ kienet miċħuda. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Steven-Ryan Micallef u Andy Rotin.