Sport Sport Ieħor

Possibilità li l-Italja ma tkunx rappreżentata fl-Olimpjadi

L-Italja tista’ ma tkunx rappreżentat fl-Olimpjadi ta’ Tokjo li se jsiru fis-sajf li ġej, dan ifisser li l-atleti Taljani jipparteċipaw bħala indipendenti mingħajr bandiera jew innu tal-Italja.

Din il-kwistjoni tista’ tiġi solvuta għada jekk il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte jirnexxielu jgħaddi digiriet fi żmien 24 siegħa li jagħti l-awtonomija lill-CONI. Din is-sitwazzjoni hija waħda politika u kull ma jonqos huwa li dan id-digriet ikun approvat.