Lokali

Raġel jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ serq fil-Belt u l-Floriana

Permezz ta’ stqarrija l-Pulizija qalet li wara ħidma konġunta mill-Pulizija tad-Distrett u dik tal-komunità fil-Belt Valletta u l-Floriana kien arrestat Bulgaru ta’ 33 sena b’rabta ma’ serq f’dawn iż-żewġ lokalitajiet.

L-investigazzjoni bdiet nhar l-14 ta’ Jannar, 2021, wara rapport ta’ serq ta’ bagalja mill-Belt Valletta. Mill-istħarriġ irriżulta li l-istess raġel, seraq ukoll laptop minn uffiċċju fil-Floriana fid-19 ta’ Jannar, 2021.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum.