Lokali

Sa Ottubru erġajna lura għall-istess konġestjoni

Mir-riċerka illi saret minn Noel Aquilina mid-dipartiment tal-Kimika, Sara Fenech mill-Fakulta tax-Xjenża u Ryan Vella mill-Agenżija Spażjali Ewropea, joħrog car li pajjiżna diġa’ mar lura ghall-istess problemi tat-traffiku li konna imdorrijin bihom. U għalkemm il-karozzi kienu sparixxew mit-toroq bejn Marżu u April…sa Ottubru, kollox kien business as usual.

Dan kollu joħrog minn dak illi gie ippubblikat f’edizzjoni speċjali tal-magazine ”Cities in Lockdown: implications of COVID-19 for the Air Quality and Urban Environmental Health”.

Kif wiehed kien jistenna,it-traffiku u l-kwalita tal-arja ġew affetwati minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li laqtet il-pajjiżna f’Marżu tas-sena l-ohra. U f’April tal- 2020 it-traffiku f’Malta kien naqqas b’ 50 fil-mija ikkumparat mar-riċerka illi saret f’April tas-sena 2019.

Dan wara li bosta miżuri kellhom jidaħħlu fis-seħħ sabiex l-imxija tal-Covid-19 tiġi kkontrollata f’pajjiżna.

Jidher ukoll illi meta numri ta’ miżuri tneħħew u l-iskejjel f’Malta reġgħu fetħu f’Ottubru tas-sena li ghaddiet, it-traffiku reġa żdied b’mod sostenzzjali illi laħaq il-livell tal-2019.

Dan l-istudju dwar it-tniġġis fl-arja sar fl-Imsida, iż-Żejtun u fl-Għarb Għawdex.

Interessanti li fl-Msida, minħabba li t-tniġġis fl-arja naqqas drastikament waqt il-lockdown, gasijiet oħrajn fl-arja telaw ghal-livell ta’ 61 fil-mija – gassijiet magħrufa bhala O3 li jistgħu jaffettwa lil saħħitna b’mod negattiv.