Sport Sport Ieħor

Tampa Bay kontra Kansas City fil-finali tas-Super Bowl

It-tim tal-NFL fl-Istati Uniti, Tampa Bay Bucaneers, rebħu fuq Green Day Packers, sabiex fis-Super Bowl se jiltaqgħu kontra t-tim li rebaħ l-aħħar edizzjoni, Kansas City Chiefs.

B’hekk fis-7 ta’ Frar se jiltaqgħu kontra xulxin żewġ ġganti f’dan l-isport, Tom Brady għall-Bucaneers u Patrick Mahomes għaċ-Chiefs. Filwaqt li għal Brady din se tkun l-għaxar Super Bowl tiegħu, iż-żagħżugħ Mahomes ingħata l-unur tal-MVP fl-aħħar edizzjoni tas-Super Bowl li saret is-sena l-oħra.

Filwaqt li ż-żewġ quarterbacks jinsabu ħerqana biex jilgħabu kontra xulxin, minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid 19, l-attendenza se tkun mnaqqsa għal 22,000 partitarju, b’ 7,500 minnhom ikunu ħaddiema fis-servizzi tas-saħħa.