Futbol Sport

Tottenham fil-ħames rawnd tal-FA Cup

Tottenham ikkwaliikaw għall-ħames rawnd meta għelbu lil Wycombe bl-iskor ta’ 4-1.Għal din il-partita il-kowċ ta’ Tottenham Jose’ Mourinho, wettaq diversi tibdiliet fl-ewwel ħdax tiegħu filwaqt li serraħ plejers bħal Harry Kane u Heung Min Son.

Min-naħa l-oħra plejers bħal Gareth Bale u Lucas Moura ingħataw iċ-cans sabiex jimpressjonaw u jiksbu posthom fit-tim mal-ewwel ħdax.
Kontra kull mistenni Wycombe marru fil-vantaġġ fil-25 minuta meta minn cross ta’ Uche Ikpeazu kien FRED ONYEDINMA li tefa’ ġewwa minn pożizzjoni faċli għal 1-0.

Tottenham kienu viċin il-gowl f’żewġ okkażżjonijiet madanakollu ġew mċaħħdin mil-lasta. Sakemm minuta qabel il-mistrieħ ġabu l-gowl tad-draw meta minn cross minn fuq ix-xellug ta’ Lucas Moura kien GARETH BALE li kkokluda ġewwa għal 1-1.Fit-tieni taqsima Tottenham iddominaw il-pusses tal-ballun pero’ ftit kienu perikolużi b’Wycombe jagħlqu tajjeb l-ispazji fil-grawnd.

Il-gowl ta’ kwalifikazzjoni għal Tottenham wasal ħames minuti mit-tmiem permezz ta’ HARRY WINKS biex minuta wara TANGUY NDOMBELE għamilhom 3-1.L-istess NDOMBELE għamilhom erba’ fid-90 minuta.

Għada
B’Mouth v Crawley 8.00pm
Il-ħames rawnd
10 ta’ Frar
Wolves v Southampton, Swansea v Man City, Leicester v Brighton, Man Utd v West Ham, Sheffield Utd v Bristol, Barnsley v Chelsea, Everton v Tottenham, Burnley v B’mouth/Crawley