Lokali

Carl Brincat maħtur Kap Eżekuttiv tal-MGA

Carl Brincat inħatar Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob.

Brincat inħatar f’din il-kariga mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità. Hu avukat u kien jokkupa l-kariga ta’ Kap Legali u tal-Infurzar fl-istess MGA.

Hu jieħu post Heathcliff Farrugia li kien ilu f’din il-kariga sa mill-2017.