Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Imutu żewġ persuni – 138 każ ġdid

Huma 138 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn it-Tnejn u t-Tlieta.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 16,999 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 128 persuna biex issa huma 14,104 dawk il-persuni li fiequ.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra żewġ vittmi oħra tal-pandemija; mara u raġel ta’ 80 u 88 sena li tilfu ħajjithom fl-Isptar Mater Dei. Dan ifisser li l-vittmi issa żdiedu għal 255.

B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,640.

Dan filwaqt li tul il-jum tat-Tnejn ingħataw 1,191 tilqima – b’265 ikunu tat-tieni doża.