L-eks Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna rriffjuta li jwieġeb għal mistoqsijiet tal-ġurnalisti dalgħodu meta kien qed jattendi għal laqgħa tal-MCESD.
Net News talab il-kummenti tal-eks Ministru u llum Gvernatur tal-Bank Ċentrali dwar għaliex ħass li kellu jżid il-paga ta’ l-istess Gvernatur bi €11,000 fis-sena ftit tax-xhur biss qabel ma ħa l-istess kariga hu.
Iżda Scicluna rriffjuta totalment li jagħti kummenti lill-ġurnalisti u qal li ‘issa m’għadux Ministru’ u għaldaqstant ma kellux għalfejn iwieġeb.
Waqt xhieda li ta fil-Qorti f’Awwissu li għadda fl-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Scicluna qal li hu kien ħalla job ta’ €100,000 fis-sena fi Brussell biex daħal fil-Parlament Malti, u ma kienx se jirriżenja kif ġieb u laħaq ‘għal xi ħaġa li ma kellux tort fiha’.
//= $special ?>