Il-President tal-Union tal-Għalliema Marco Bonnici kkonferma ma’ Net News li sa issa għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet dwar meta se jkunu qed jitlaqqmu l-għalliema.
Il-President tal-MUT qal li wara li fil-bidu ta’ Jannar il-Gvern kien wiegħed li l-għalliema se jkunu qed jitlaqqmu bi priorità, sa issa għad mhemmx timeframe jew data speċifika dwar meta filfatt se jseħħ dan. F’Diċembru, il-Ministru Chris Fearne kien qal li l-għalliema kienu se jitlaqqmu mat-tielet grupp wara l-frontliners l-oħra, iżda fil-laqgħa mal-Union f’Jannar il-Gvern ta x’jifhem li l-għalliema kienu se jitlaqqmu qabel dak imwiegħed.
Marco Bonnici qal li l-MUT għadha qed tiddiskuti mal-awtoritajiet tas-saħħa iżda sa issa mhux magħruf liema xahar se jara l-bidu tat-tilqim tal-għalliema. Hu insista li jekk l-għalliema jitlaqqmu fi Frar mod, iżda jekk se jkollhom jistennew sa’ Mejju imbagħad tkun sitwazzjoni differenti u l-union qed issegwi mill-qrib dak kollu li qed jiġri.
Mistoqsi dwar każijiet fl-iskejjel, Bonnici qal li xi skejjel intlaqtu agħar minn oħrajn u spjega li uħud minnhom għandhom numru ta’ persuni, kemm studenti kif ukoll ħaddiema li jinsabu fi kwarantina. Il-President tal-MUT qal li l-union qed iżżomm għajnejha fuq kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni.
//= $special ?>