Lokali

Għomor il-ħabs għall-Pollakk li qata’ ras għalliema u kien arrestat fil-Belt

Kajetan Poznanski, il-Pollakk li kien arrestat fil-Belt Valletta lura fi Frar tal-2016 ġie kkundannat għomru l-ħabs minn Qorti f’Varsavja, fil-Polonja wara li nstab ħati li qatel kiesaħ u biered l-għalliema tat-Talajn.

Dan wara li Poznanski kien imfittex mill-Interpol wara li huwa ħarab minn pajjiżu lejn il-Ġermanja, imbagħad lejn l-Italja qabel qasam lejn Malta permezz tal-baħar. Hu maħsub li l-pjan tiegħu kien li jkompli l-vjaġġ lejn l-Afrika.

Ġisem il-mara, ta’ 30 sena, kien nstab f’rucksack u bagalja, imbiċċer f’biċċiet b’xabla tas-Samurai, li tagħhom hu kollezzjonist, u bir-ras maqtugħa  wara li allegatament Poznanski ta n-nar lill-fdalijiet.