Futbol Sport

Ikompli l-mument pożittiv ta’ Arsenal fil-Premier League

(Ritratt: EPA)

Arsenal pattewha sportivament lil Southampton hekk kif kisbu rebħa ta’ 3-1 hekk kif fi tmiem il-ġimgħa, s-Saints eliminaw lill-Gunners mill-FA Cup. STUART ARMSTRONG fetaħ l-iskor għal Southampton wara tliet minuti, biex NICOLAS PEPE għamel l-iskor indaqs ħames minuti wara. BUKAYO SAKA tefa’ lil Arsenal fil-vantaġġ fid-39 minuta biex ALEXANDRE LACAZETTE aċċerta mit-tliet punti għat-tim ta’ Mkel Arteta fit-72 minuta.

Manchester City telgħu momentarjament fl-ewwel post meta kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 kontra West Brom. Il-gowls ta’ City waslu permezz ta’ dopjetta ta’ IKAY GUNDOGAN, dopjetta ta’ RIYAD MAHRES u gowl ta’ JOAO CANCELO.

West Ham telgħu fir-raba’ post tal-klassifika b’rebħa ta’ 3-2 barra minn darhom fuq Crystal Palace. WILFRED ZAHA fetaħ l-iskor għal Crystal Palace wara tliet minuti. TOMAS SOUCEK ġab l-iskor indaqs sitt minuti wara biex l-istess plejer poġġa lill-Hammers fil-vantaġġ fil-25 minuta. CRAIG DAWSON għamilhom 3-1 fil-65 minuta biex MICHY BATSHUAYI naqqas l-iskor għal 3-2 fid-90 minuta.

Leeds United rritornaw għar-rebħ, b’rebħa ta’ 2-1 fuq Newcastle. RPAHINHA fetaħ l-iskor għal Leeds fis-17 -il minuta, b’MIGUEL ALMIRON jagħmel l-iskor indaqs fis-57 minuta. JACK HARRISON skorja l-gowl tar-rebħa fil-61 minuta.

PREMIER LEAGUE

Illum: C. Palace v West Ham 2-3, Newcastle v Leeds 1-2, Southamtpon v Arsenal 1-3, WBA v Man City 0-5 Għada: Burnley v A. Villa 7.00pm, Chelsea v Wolves 7.00pm, Brighton v Fulham 8.30pm, Everton v Leicester 9.15pm, Man Utd v Sheff Utd 9.15pm Il-Ħamis: Tottenham v Liverpool 9.00pm

Bournemouth fil-ħames rawnd tal-FA Cup

Fl-aħħar partita mir-raba’ rawnd tal-FA Cup Bournemouth kisbu post fil-ħames rawnd meta għelbu lil Crawley Town 2-1. JACK WILSHERE fetaħ l-iskor għaċ-Cherries wara 24 minuta b’TOM NICHOLLS iġib id-draw għal Crawley mas-siegħa logħob. JOSHUA KING aċċerta mill-kwalifikazzjoni fil-65 minuta.