Laħħqu t-12,490 il-persuni bla xogħol f’pajjiżna. Dan ifisser li l-persuni bla xogħol żdiedu b’elfejn f’temp ta’ sena.
Iċ-ċifri maħruġa mill-NSO juru li f’Diċembru ir-rata tal-qgħad kienet fil-livell ta’ 4.5%. Dan fl-istess persentaġġ tax-xahar ta’ qabel, iżda aktar mil-livell li kellna fl-ewwel xhur tal-pandemija. Fil-fatt, f’April il-qgħad kien ilaħħaq 11,816.
F’Diċembru, ir-rata tal-qgħad kienet kemmxejn akbar fost l-irġiel – xejra li f’April kienet bil-kontra.
//= $special ?>