Futbol Sport

Inter jeliminaw lil Milan mill-Coppa Italia

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel kwaritfinali tal-Coppa Italia, fid-Derby della Madoninna, Inter għelbu lil Milan 2-1. Milan fetħu l-iskor fil-31 minuta peremzz ta’ ZLATAN IBRAHIMOVIC, bl-istess plejer qabel tmiem l-ewwel taqsima jkollu argument jaħraq ma’ Romelu Lukaku, biż-żewġ pelejrs ikunu ammoniti.

Fit-tieni taqsima, Milan sfaw jilgħabu b’għaxar plejers hekk kif Ibrahimovic intwera t-tieni karta safra fit-58 minuta wara foul fuq Barella. Inter ġabu l-iskor indaqs fil-71 minuta permezz ta’ penalty ta’ ROMELU LUKAKU. Bil-partita tidher destinata li se tmur fil-ħin barrani, kien is-sostitut CHRISTIAN ERIKSEN li fis-97 minuta bi freekick mill-isbaħ tefa’ lil Inter fis-semifinali.

COPPA ITALIA

Illum: Inter v Milan 2-1 Għada: Atalanta v Lazio 6.45pm, Juventus v SPAL 8.45pm Il-Ħamis: Napoli v Spezia 9.00pm