Lokali

L-MAPE tiftaħ kawża l-Qorti kontra l-Engineering Profession Board

L-Assoċjazzjoni tal-Inġiniera Professjonisti ta’ pajjiżna fetħet kawża fil-Qorti Ċivili kontra l-Engineering Profession Board fejn issostni li l-proċessi adottati mill-istess Bord fuq il-Pre-Warrant Qualification Course u korsijiet oħra qed isiru b’kontravenzjoni tal-liġi tat-test tal-Proporzjonalità, peress li l-Bord naqas li jagħmel proċess ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders kollha, inkluż l-MAPE kif inhu obbligat li jagħmel skont l-istess liġi.

Fi stqarrija l-MAPE qalet li ilha x-xhur tisħaq li għandu jsir dan il-proċess ta’ konsultazzjoni skont il-liġi u diġà ħadet 8 azzjonijiet fil-Qrati sabiex tiġi ssalvagwardjata l-Professjoni tal-Inġinerija.

L-MAPE qalet li l-Engineering Profession Board ħadet deċiżjonijiet mgħaġġla li qed jagħmlu ħsara lill-profesjonisti inġiniera u tenniet li se tkompli b’azzjonijiet biex verament isir ħaqq ġust ma’ kulħadd.