Basketball Sport

Sena mill-mewt ta’ Kobe Bryant

Illum jaħbat għeluq is-sena minn meta miet il-leġġenda tal-basketball Kobe Bryant wara inċident li kellu bil-helicopter tiegħu fejn fl-istess inċident mietet it-tifla tiegħu Gianna kif ukoll tmien persuna oħra.

Bryant lagħab għal 20 sena ma’ LA Lakers fejn irnexxielu jirbaħ ħames darbiet l-NBA qabel ma kien irtira fl-2016. Hu sar l-ewwel guard fl-istorja tal-NBA li lagħab tal-anqas 20 staġun. Bryant lagħab l-ewwel għaxar staġuni bin-numru 8 u l-aħħar għaxar staġuni bin-numru 24, b’Lakers jirtiraw iż-żewġ numri tiegħu. Aktar tard wara l-mewt tieħgu Bryant iddaħħal fil-Hall of Fame tal-Basketball Amerikan.