Filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela kien qed jiltaqa’ mal-unions u l-korpi kostitwiti tal-MCESD, l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika kien qed tippubblika ċifri xejn sbieħ f’dak li għandu x’jaqsam mas-sitwazzjoni tax-xogħol f’pajjiżna.
Filfatt, l-aħħar istatistika tal-NSO dwar il-qgħad turi li l-persuni bla xogħol f’Malta issa laħqu t-12,490. Dan ifisser li l-persuni qegħda żdiedu b’elfejn f’temp ta’ sena. L-istatistika turi li f’Novembru u Diċembru tas-sena li għaddiet ir-rata ta’ qgħad kienet ta’ 4.5% bir-rata ta’ persuni mhux jaħdmu tkun l-ogħla fost iż-żgħażagħ.
Diversi rappreżentanti tal-Korpi Kostitwiti li kienu preżenti għall-laqgħa tal-MCESD esprimew tħassib dwar il-prospetti f’dak li ghandu x’jaqsam max-xogħol u n-negozju. Fost dawk li esrpimew kawtela u tħassib kien hemm id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, Joe Farrugia.
Farrugia qal li din se tkun sena diffiċli u kollha sfidi. Hu esprima t-tama li l-pandemija tibda terħi mill-qilla tagħha u jkolna sena ftit aħjar minn dik li għaddiet. Farrugia stqarr li dawk in-negozji marbuta mat-turiżmu madankollu jistgħu idumu biex jirkurpraw aktar minn oqsma oħra.
Il-Viċi President tal-Kamra tan-Negożji Żgħar u Medji, Philip Fenech ukoll qal li jittama li din tkun sena aħjar minn dik li għaddiet, izda qal li it-triq tibqa’ wahda twila.
Intant fi tmiem il-laqgha, il-ġurnalisti staqsew dwar is-sitwazzjoni tal-barijiet li bħalissa jinsabu magħluqin iżda li l-avviż legali li qed iżommhom magħluqin jiskadi nhar it-Tnejn, bil-Prim Ministru jikkofnerma li l-bars se jibqgħu magħluqin tul Frar. Abela ta x’jifhem li f’Marżu se jkunu qed jinfetħu hekk kif qal li se ‘nerġħgu għan-normalità’.
Dwar Governanza Tajba pruvajna wkoll nistaqsu lill-Prim Ministru fuq dak li stqarr il-Kummissarju għall-Istandards fil-hajja Pubblika George Hyzler. Hyzler fl-aħħar jiem ikkiritikat l-mod ġdid kif se jinħatru Persons of Trust, li jneżżgħu mill-poter li jinvestigahom jekk dawn ikunu implikati f’aġir mhux xieraq. Iżda izda Abela ma weġibx dwar dan u qal biss li ‘ħa nota dwaru’.
Fl-MCESD, il-Prim Ministru Robert Abela insista dwar l-importanza tal-media u l-mistoqsijiet tal-gurnalisti, iżda ma kienx tal-istess fehma Edward Scicluna li mitlub iwieġeb għad-domandi dwar iż-żieda li ta lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ftit tax-xhur qabel ma ħa l-kariga hu stess, Scicluna irriffjuta għal kollox li jwieġeb u qalilEdna biss ‘issa m’għadnix Ministru’.
Ironikament, minuti biss wara li Scicluna rriffjuta li jweġibna, il-Prim Ministru kien qed jitkellem dwar kif il-Gvern irid ikun dispost għal skrurtinju, fosthom mill-ġurnalisti filwaqt li appellalhom ibex jitsaqsu l-mistoqsijiet. Abla saħansitra emfasiżża li hu obbligu ta’ min jinsab f’karigi pubbliċi li jwieġeb għall-mistoqsijiet li jagħmlulhom il-ġurnalisti.
//= $special ?>