Coronavirus Lokali Saħħa

3 vittmi oħra tal-Covid-19 – 193 każ ġdid

Fl-aħħar sigħat kellna 3 fatalitajiet oħra kaġun tal-pandemija tal-Covid-19 hekk kif fl-aħħar sigħat l-ammont ta’ vittmi telgħu għal 258, f’din s-47 ġimgħa tal-imxija fostna s’issa kellna 10 vittmi li mietu minħabba l-Coronavirus.

Il-vittmi huma żewġt irġiel ta’ 83 sena u 68 sena li mietu fl-isptar Mater Dei u mara ta’ 86 sena li mietet fil-Good Samaritan Long Term Facility.

Il-każijiet attivi komplew jiżdiedu wkoll hekk kif pajjiżna esperjenza 193 każ ġdid tal-virus, bit-total tal-każijiet issa telgħu għal 2,682. Aħbar tajba hi li fl-aħħar sigħat fiequ mill-imxija 148 persuna.

Il-każijiet totali minn Marzu ‘l hawn issa telgħu għal 17,192, it-total ta’ dawk li fiequ huwa dak ta’ 14,252.

Fuq il-paġna ta’ Facebook, Saħħa, il-Ministeru ħabbar ukoll id-dettalji b’rabta ma’ kemm-il persuna ħadet il-vaċċin għal kontra l-virus li b’kollox s’issa ngħataw 22,371 doża, 1,694 minnhom ħadu t-tieni doża.