Futbol Sport

Aktar problemi għat-tim ta’ Sliema

Sliema Wanderers jinsabu għaddejin minn mument diffiċli fl-amministrazzjoni taghom, hekk kif wara li tħabbret ir-riżenja tal-viċi president Keith Perry, l-Malta Football Players Association (MFPA) ħarġet stqarrija fejn tikkundanna lil-klabb minħabba li hemm diversi plejers b’pagi b’lura. Skond l-istqarrija tal-MFPA uħud mill-plejers ilhom ma jitħallsu sa minn Frar tas-sena l-oħra, b’xi plejers isibuha diffiċli biex imantnu lill-familja tagħhom.

B’riżultat ta’ dan l-MFPA kif ukoll il-plejers involuti ikkuntattjaw id-diriġenza tal-klabb iżda dawn baqgħu bla risposta. L-MFPA saħqet li lesta tieħu azzjoni legali minħabba li skont ir-regoli, jekk il-klabb li ma jħallasx il-pagi dovuti fil-ħin, il-kuntratt għandu jiġi xolt. Sliema Wanderers għandhom ġudizzji kontrihom mill-FIFA kif ukoll mill-MFA u huma wieħed minn tliet klabbs fil-Kampjonat Premier lokali li ma jistgħux jagħmlu akkwisti waqt is-suq tat-trasferimenti, minħabba is-sentenzi kontrihom.