“Illum hu mument partikolari għal pajjiżna. Il-pandemija hi maratona. U jien lest biex nitlaq niġri”.
Hekk stqarr il-Prim Ministru Robert Abela meta indirizza konferenza tal-aħbarijiet mill-Berġa ta’ Kastilja, fejn dar fuq il-familji u talab responsabbiltà, u talab sagrifiċċji min-negozji.
Robert Abela uża din il-konferenza biex jirrepeti l-politika partiġġjana tiegħu, b’diskors li issa sar sinonimu miegħu.
Il-Prim Ministru tkellem dwar id-dożi ta’ tilqim għal kontra l-Coronavirus. Hu hawn reġa’ irrepeta l-kelma “kuraġġ”.
Il-miżuri li tħabbru llum:
- Jitħassru l-attivitajiet tal-massa tal-Karnival
- Ir-ristoranti se jagħlqu fil-11pm
- Projbizzjoni tal-ftuħ tal-bars u l-każini
- Temperatura għal min jitla’ fuq il-vapur t’Għawdex
Għawdex, qal il-Prim Ministru, mhux magħluq. Iżda l-atmosfera mhux l-istess. Għalhekk se jiżdiedu r-rondi tal-Pulizija f’diversi zoni t’Għawdex.
Intant, Robert Abela ma qalx meta se jibdew jitqassmu l-vouchers.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne reġa’ preżenta lista ta’ kif qed isir it-tilqim – u anke f’din l-okkażjoni, il-Gvern naqas milli jsemmi l-għalliema.
Fearne enfasizza l-fatt li sa Mejju isir it-tilqim tal-vulnerabbli, u se jkun wara dan il-proċess li jibda t-tilqim tal-poplu in ġenerali.
//= $special ?>