Lokali

“Għandna niżguraw li l-miżuri kollha jiġu infurzati” – MHRA

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) ittenni li l-awtoritajiet għandhom jingħataw riżorsi adekwati u jingħataw struzzjonijiet biex jiżguraw li r-regoli relatati mal-COVID-19 u l-liċenzji jiġu infurzati b’mod ġenerali fuq bażi ugwali.

Il-lukandi u r-ristoranti diġà qed iħallsu prezz qawwi minħabba l-firxa globali tal-pandemija COVID-19 u għalhekk huwa importanti li l-Gvern jiffoka fuq dan is-settur biex jiżgura li min ma l-miżuri jiġi ppenalizzat għax inkella s-sagrifiċċji kollha mġarrba mill-operaturi u ċ-ċittadini li jimxu mal-liġi ma jservu għal xejn

Minkejja miżuri ġodda, l-MHRA madankollu tinsisti li biex nirbħu fuq din il-pandemija irid ikun hemm effiċjenza u sforzi ta’ infurzar biex jiġi żgurat li l-miżuri bażiċi jinġarru b’mod ugwali minn kulħadd.