Għawdex Knisja Lokali Qorti

“Ħadd m’għandu jkun vittma ta’ abbuż…iżda nistennew id-deċiżjoni tal-Qorti” – id-Djoċesi ta’ Għawdex

U hekk kif dalgħodu tressqu l-Qorti ż-żewġ qassisin Għawdxin akkużati b’abbuż fuq abbati, id-Djoċesi ta’ Għawdex fi stqarrija wriet solidarjetà ma’ dawk kollha li qegħdin ibatu.

Id-Djoċesi qalet li filwaqt li tistenna li l-Qorti tieħu l-kors tagħha biex tinstab il-verità, il-Knisja ttenni r-rieda u l-impenn sħiħ tagħha biex ħadd ma jkun vittma ta’ abbużi sesswali, fiżiċi jew morali.

Hija tħeġġeġ lil dawk li ġarrbu xi abbuż biex jirrappurtaw lill-pulizija u biex, jekk l-abbuż sar minn persuni marbuta mal-Knisja, jikkuntattjaw ukoll lill-Kummissjoni tas-Safeguarding tażżewġ djoċesijiet fuq info@safeguarding.mt.

L-istqarrija ttem tgħud li fir-rispett lejn il-verità, il-Knisja tfakkar li ħadd ma jitqies ħati qabel ma jkun hemm sentenza definittiva tal-Qorti.