Lokali

Il-Gvern reġa’ naqas li jwettaq il-wegħdiet tiegħu – UPE

Fi stqarrija, il-UPE saħqet li dawn il-miżuri restrittivi ġew wara li l-Union appellat biex aktar restrizzjonijiet ikunu fis-seħħ matul il-perjodu tal-karnival.

L-UPE tenfasizza li aktar infurzar għandu jsir biex akkomodazzjonijiet jiħu ristretti għal membri tal-istess dar sabiex it-tixrid tal-virus ikun aktar limitat. L-UPE topponi l-posponiment tal-vaganzi tal-karnival mill-kalendarju miftiehem.

Il-Union għadha qed tistaqsi dak li kien miftiehem ftit tal-ġimgħat ilu bejn l-MUT u l-Gvern wara l-istrajk tal-edukaturi.

Il-gvern naqas darba wara l-oħra milli jwettaq il-wegħdiet tiegħu, bħal pereżempju, il-pubblikazzjoni ta’ każi tal-Covid-19 fl-iskejjel.