Lokali Parlament

Il-Gvern tard bl-Awtorità u l-liġi dwar il-kostruzzjoni

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-Gvern jinsab tard bil-ħolqien tal-Awtorità dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni.

Fil-parlament Mario de Marco irrifera għal diversi każi ta’ inċidenti f’siti ta’ kostruzzjoni li ħarġu l-problema li hemm f’dan is-settur. Il-Kamra tal-Periti kienet qalet li r-rata ta’ inċidenti fis-settur tal-kostruzzjoni hu inaċċettabbli u li l-liġi hi frammentata dwar ir-responsabbiltajiet bla ma hu ċar dwar min hu responsabbli.

Il-Kamra tal-Periti kienet qalet li ilha tipprova tiddiskuti mal-Gvern dwar din is-sitwazzjoni u enfażizzat il-bżonn ta’ Awtorità responsabbli għall-bini u l-kostruzzjoni.

Dan kien f’Aril 2019 iżda minn dakinhar ‘l hawn seħħ l-inċident li fih mietet Miriam Pace. Wara dawn l-iċnident saret inkjesta Maġisterjali li fil-konfklużjonijiet tagħha intqal li kien hemm nuqqasijiet drastiċi fl-individwi involuti tal-uffiċjali involuti u kif ir-rapport sottomessi kienu qed ikunu rubber stamped.

Il-Maġistrat ħeġġet lill-Gvern biex fl-awtoritajiet ikunu ingaġġati nies tekniċi u kwalifikati li jeżaminaw ir-rapporti. Hu fakkar kif il-familja Pace u l-PN talbu inkejsta pubblika skont il-liijiet Maltin bl-iskop li li jkun stabbilit kif l-istituzzjonijiet fallew fil-każ ta’ Miriam Pace.

Kien mistenni li l-Gvern jilqa’ din it-talba. Iktar min-nofs l-inċidenti u l-imwiet fuq il-pst tax-xogħol huma relatati mal-kostruzzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-pożizzjoni tal-Prim Ministru fl-oġġezzjoni għall-inkjesta pubblika ma tagħmilx sens għaliex l-inkjesta pubblika isisr biex ikun stabbilti fejn fallew l-awtoritajiet u biex ikun stabbilit x’għandu jsir biex l-istituzzjonijiet ma jerġgħux ifallu.

Hu qal li bħalissa qed isir inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u fl-istess waqt hemm proċeduri kriminali kontra diversi persuni b’konnessjoni mal-istess qtil.

Mario de Marco tkellem dwar l-importanza tal-permes stal-bini li jkun permess fuq l-aspett tekniku dwar il-binijiet fosthom il-blat, il-mod kif isir il-bini u aspetti tekniċi oħra. L-Awtorità u l-liġi misshom ġew quddiem il-parlament ferm qabel u mhux wara li mietet Miriam Pace, sostna Mario de Marco, li qal li l-Awtorità se tkun effikaċi skont in-nies li se jkunu ingaġġati biex jaħdmu fiha.

Hu appella biex il-Gvern jagħmel inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Miriam Pace u li l-Awtorità tkun mgħammra bl-aqwa għodda u nies biex ma jerġgħux isiru inċidenti bħal ta’ Miriam Pace.