Futbol Sport

Juventus u Atalanta fis-semifinali

(Ritratt: EPA)

Juventus kisbu post fis-semifinali tal-Coppa Italia meta b’mod faċli għelbu lil SPAL. Juventus fetħu l-iskor wara 16-il minuta permezz ta’ penalty, bid-difensur GIANLUCA FRABOTTA jirdoppja fit-33 minuta wara li rċieva mingħand Dejan Kulusevski. Juventus għamluhom 3-0 fid-79 minuta permezz ta’ DEJAN KULUSEVSKI li kkonkluda fuq pass ta’ Chiesa. L-istess CHIESA għamilhom 4-0 fid-90 minuta.

Atalanta wkoll kwalifikaw għas-semifinali tal-Coppa Italia meta f’partita kumbattuta għelbu lil Lazio 3-2. Atalanta fetħu tajjeb u marru fil-vantaġġ wara seba’ minuti permezz ta’ BERAT DJIMSITI. Lazio irreaġixxew b’mod tajjeb u ġabu l-iskor indaqs fis-17-il minuta b’daqqa ta’ ras tajba ta’ VEDAT MURIQI. Lazio rnexxielhom idawwru l-partita favur tagħhom meta FRANCESCO ACERBI għamilhom 2-1. Atalanta ġabu l-iskor indaqs tliet minuti biss wara permezz ta’ RUSLAN MALINOVSKYI. It-tim ta’ Giampiero Gasperini kellu jilgħab l-kumplamanet tal-partita b’għaxar plejer meta fit-53 minuta tkeċċa Jose Luis Palomina. It-tim minn Bergamo minkejja b’għaxar plejer xorta rnexxielu jmur fil-vantaġġ fis-57 minuta permezz ta’ ALEKSEY MIRANCHUK, bit-tim ta’ Atalanta minkejja l-pressjoni minn Lazio xorta rnexxielu jżomm l-iskor sat-tmiem.

COPPA ITALIA
Ilbieraħ
: Inter v Milan 2-1 Illum: Atalanta v Lazio 3-2, Juventus v SPAL 4-0 Għada: Napoli v Spezia 9.15pm