Lokali

L-ACE tassigura li qed timxi mal-protokolli kollha

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering, l-ACE, tiċħad kwalunkwe allegazzjonijiet li l-Istabbilimenti tal-Catering mhumiex qed josservaw il- protokolli, regoli u liġijiet mrbuta mal-COVID-19.

Fil-fatt, il-maġġoranza taż-żjarat ta’ infurzar li saru mill-awtoritajiet jirriżultaw f’tali osservanza mill-maġġoranza tal-istabilimenti filwaqt li kien hemm nuqqas ta’ osservanza minuri li rriżultat mil-loġistika fi stabbilimenti bħal pereżempju ċ-ċaqliq ta’ ftit ċentimetri tad-distanzjament soċjali tal-imwejjed.

Madankollu, l-ACE tikkundanna, jekk ikun hemm, imġiba li ma tkunx fl-osservanza tal-protokolli meħtieġa. L-ACE dejjem ħeġġet lill-membri tagħha biex jirrispettaw ir-regoli għall-benefiċċju komuni tal-klijenti u l-istabbilimenti nfushom.

L-ACE tixtieq tirringrazzja lill-uffiċjali tal-infurzar għax-xogħol kontinwu tagħhom u tħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa fejn ikun hemm meħtieġ.