Lokali Parlament

Oġġezzjoni li 2,000 votant mill-qalba tan-Naxxar jivvutaw ma’ Tas-Sliema

Robert Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar oġġezzjona fil-parlament għall-fatt li l-Kummissjoni Elettorali neħħiet madwar 2,000 votant mill-qalba tan-Naxxar u poġġiethom jivvutaw ma’ Tas-Sliema; mit-12-il distrett għall-10 distrett.

Robert Cutajar qal li t-12-il distrett kellu 17-il triq fin-Naxxar li tneħħew u marru mad-distrett mal-10 ditrsett. Hu sostna li n-nies tgerfxu minħabba b’din id-deċiżjoni għaliex kienu n-numri li ngħataw prijorità.

In-nies issa ma jafux ma’ liema distrett jagħmlu; is-sistema tant saret redikola li min joqgħod fil-qalba tan-Naxxar issa mar ma’ Tas-Sliema. Hu semma’ t-toroq li tneħħew min-Naxxar u marru ma’ Tas-Sliema u sostna li kienet diġà tneħħiet Birguma fl-aħħar elezzjoni. Bir-raġun in-nies huma urtati; żgur kien hemm mod ieħor kif jinstabu s-soluzzjonijiet.

Dan ir-rapport ma kienx diskuss fil-parlament iżda l-Kummissjoni Elettorali ddeċidiet li tagħmel dawn il-miżuri. Hu appella biex b’rispett lejn il-votanti ma jsirux dawn il-bidliet li ma jagħmlux sens.