Rapport ta’ Hate Crime wara attakk fuq attivista żagħżugħa
Il-President tal-grupp taż-żgħażagħ tal-PN Team Start Eve Borg Bonello resqet rapport ta’ Hate Crime wara li rċiviet sensiela ta’ insulti wara post fuq il-midja soċjali. Fost il-kummenti, hija ġiet mgħajjra kemm personalment kif ukoll tgħajjir b’membri tal-familja tagħha. Hija stqarret li minkejja kollox, tħares ‘l quddiem sabiex tkompli bil-ħidma tagħha.