Futbol Sport

Rebħa komda għal Hibernians

Gudja U………………………1

Hibernians……………………4

Gudja U: G. Zammit, A. Friggieri, L. Cremona (Vagner 59’), G. Mensah (J. Brincat 79’), I. Gonzalez, A. Da Silve, H. Vella, G. Adamovic, J. Bolanos, D. Camilleri, P. Silva

Hibernians: M. Calleja Cremona, F. Apap, L. Almeida, R. Dos Anjos, J. Grech (M. Ellul 86’), J. Degabriele, B. Kristensen (W. Texeira 72’), D. Vella, G. Izquier (Z. Grech 78’), A. Agius, I. Iriberri (S. Shodiya 78’)

Referee: P. Slobodan

Assistenti referees: L. Portelli, C. Francalanza

Hibernians żammew il-pass ma’ Ħamrun meta għelbu lil Gudja United bl-iskor ta’ 4-1. Fl-ewwel taqsima Hibernians kienu dominanti iżda ftit li xejn perikolużi, għajr għal freekick ta’ Gabriel Izquier li ħabat mal-mimduda. Fit-tieni taqsima ħarġu aħjar u kienu aktar perikoluża tant li fetħu l-iskor fid-49 minuta meta wara azzjoni maħduma b’mod tajjeb, kien il-cross ta’ Jurgen Degabriele li sab lil IMANOL IRIBERRI li xeħet ġewwa biex skorja l-ewwel gowl tiegħu minn meta reġa ssieħeb ma’ Hibernians aktar kmieni dan ix-xahar.

It-tim ta’ Stefano Sanderra rdoppja erba’ minuti wara meta Jake Grech twaqqa fil-kaxxa minn Adamovic, bir-referee Petrovic Slobodan jordna penalty biex minn ħdax –il metru l-istess GRECH ma żbaljax.

Fit-62 minuta Hibernians għamluhom 3-0 meta kien pass tajjeb ta’ Grech li sab lil DEGABRIELE żmarkat li kkonkluda b’mod faċli. JURGEN DEGABRIELE skorja t-tieni gowl personali u r-raba’ wieħed għal Hibernians fil-85 minuta meta approfitta minn żball tal-gowlkiper Zammit biex lejn it-tmiem, ALEXANDRE DA SILVA naqqas l-iskor għal Gudja biex għamilhom 4-1.