Għawdex Knisja Lokali Qorti

Rakkont dwar kif kien stuprat minn saċerdot … u abbużat minn ieħor

Fr Joseph Cini

Dak li numru ta’ snin ilu kien abbati rrakkonta episodji xokkanti dwar kif kien ġie abbużat u sekwestrat minn żewġ saċerdoti, li wkoll ġie stuprat minn wieħed minnhom u li sal-lum huwa baqa’ għaddej minn trawma.

Huwa qal fil-Qorti li wara li għadda minn martirju meta kien għadu tifel spiċċa biex matul iż-żmien qabditu depressjoni, spiċċa jieħu d-droga u jixrob u saħansitra pprova jikkommetti suwiċidju.

L-allegat vittma qal li l-abbuż fuqu kien isir fis-sala ewlenija tal-parroċċa tax-Xagħra, fejn il-konfessinarju u anke fid-dar ta’ wieħed mill-qassisin, li anke kien jispiċa jistuprah. Qal li dan ma fetaħ qalbu minħabba li kien qed jistħi minnu nniffsu u qatt ma seta’ jaċċetta dak li għadda mingħalih.

Dun Joseph Sultana ta’ 84 sena u Dun Joseph Cini ta’ 71 sena, it-tnejn mix-Xagħra wieġbu mhux ħatja li “snin ilu” abbużaw sesswalment wieħed mill-abbatini fil-kustodja tagħhom, f’każ li qed ikun meqjus bħala wieħed sensittiv immens.

Filwaqt li Sultana qed jiġi akkużat b’korruzzjoni ta’ minorenni u sekwestru filwaqt li Cini minbarra dawn l-akkużi qed jiġi mixli li stupra tifel. L-akkuża fil-konfront taż-żewġ saċerdoti hija aggravata minħabba li kien taħt 12-il sena meta seħħ l-allegat reat.

Ġie deċiż mill-Prosekuzzjoni li s-saċerdoti jitressqu b’mod separat. L-ewwel ma tressaq kien Joseph Sultana, magħruf bħala Dun Ġużepp. Sultana għamel żmien ukoll jaħdem fi ħdan il-Knisja ġewwa l-Awstralja. Huwa kien ġie ordnat qassis f’Awwissu tal-1962.

Warajh tressaq Joseph Cini li kien inħatar saċerdot fl-1976. F’maratona ta’ xhieda mogħtija mill-allegat vittma li bdiet minn kmieni filgħodu u li baqgħet sejra sas-2.30pm b’mod separat fil-konfront tal-akkużati, l-Qorti ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja bil-qassisin jibqgħu miżmuma fil-kustodja tal-Pulizija.

Hawn ġie ordnat lill-Prosekuzzjoni biex għas-seduta li jmiss li se ssir nhar it-Tnejn, l-1 ta’ Frar jittellgħu x-xhieda kollha. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Dorianne Tabone filwaqt li għal Sultana u Cini deheret l-Avukat Angele Formosa.

Fil-bidu saret oġġezzjoni mid-difiża li ma tridx li l-vittma jixhed permezz tal-‘video conferencing’ u dan peress li llum l-allegat vittma m’għadux persuna taħt l-età.

Dwar dan il-punt il-Prosekuzzjoni ma qablitx u qalet li l-fatt li huwa vittma, tagħmlu persuna vulnerabbli u li għandu jiġi protett bil-liġi. Dwar dan tqajjmu diversi punti legali mid-difiża u l-Prosekuzzjoni.

Ġie deċiż li l-allegat vittma li jgħix barra minn Malta jagħti x-xhieda tiegħu permezz tal-‘video conferencing’. Huwa qal li diġa kellem lill-Isqof ta’ Għawdex Dun Anton Theuma dwar dan l-abbuż u għamel rapport mal-Kummissjoni tal-Knisja dwar dan il-każ.

Meta kien mistoqsi għaliex dam daqshekk biex jagħmel ir-rapport, qal li kien dgħajjef biex jieħu dan il-pass. Tenna li mar barra l-pajjiż, u meta mar lura Għawdex iltaqa’ ma’ Dun Dumink li jieħu ħsieb Ta’ Pinu.

Qal li kien hu li għamillu kuraġġ u ħeġġu biex jagħmel rapport. “Kelli xi 8 jew snin u kont abbati. Dun Sultana kien jeħodni miegħu biex inqerr u kien joqgħod imissni minn fuq il-ħwejjeġ u wara minn taħt il-ħwejjeġ. Kont qed niġi abbużat ukoll fis-sagristija tal-paroċċa tax-Xagħra”.

Ix-xhud kompla jagħti d-depożizzjoni tiegħu f’aktar dettal u qal li l-abbuż fuqu kien iseħħ regolarment. Dam bejn sena u sena u nofs. Qal ukoll li kien ġie abbużat ukoll f’postijiet oħra, fosthom fis-sala prinċipali tal-parroċċa.

Sostna li minkejja li kien jirrifjuta, kien jiġi sfurzat u jgħidlu li kien se jispiċċa jmur l-infern jew kien se jkellem lill-ġenituri tiegħu. F’dan il-mument l-allegat vittma infaqa’ jibki.

Kompla li l-akkużat kien ikun ferm vjolenti miegħu, kien jheddu u juża miegħu l-forza meta kien jirrifjuta. Kemm il-darba pprova jitlaq jiġri, imma kien iniżżlu mal-art u ma jħallihx jaħrab.

Fuq mistoqsijiet tad-difiża l-vittma qal li ma jiftakarx eżatt f’liema sena sar l-abbuż, imma jiftakar li kellu xi tmien snin. Qal li huwa baqa’ abbati sakemm kellu 15-il sena.

Kompla li ġieli ġie abbużat ftit qabel tibda il-quddiesa. L-abbatini kellhom roster u kull abbati kellu tiegħu. Qal li kien jilbes il-libsa tal-abbatini fis-sagristija, kwarta qabel tibda l-quddiesa. Huwa rrakkonta wkoll fuq fejn kien isir il-qrar u kif kienet ippustjata.

Xehed ukoll dwar sħabu l-abbatini fejn qal li kien ikun hemm tnejn iservu f’kull quddiesa. Madankollu qal li m’għadux jiftakar x’kien jisimhom l-abbatini.

Qal li l-ewwel darba li ġie abbużat kienet il-ġurnata tal-Ħadd, eżatt qabel iċ-ċelbrazzjoni tal-quddies tat-8.30am li kienet il-quddiesa prinċipali, u kważi l-abbatini kollha kienu jkunu preżenti.

“Ġejt abbużat fejn isir il-qrar, ma niftakarx kif spiċċajt hemm, jekk kontx tlabt biex inqerr jew jekk kienx hu li sfurzani biex immur ħdejh. Huwa kien mistoqsi biex jiddeskrievi l-kamra u d-daqs tagħha, u anke s-sala parrokkjali u jekk l-abbuż kienx iseħħ ta’ spiss u kemm kien idum.

Qal li l-abbuż kien iseħħ fuqu fil-ħin li jkun irid u jixtieq l-akkużat u dan kien idum bejn żewġ minuti jew tlieta. L-avukat tad-difiża staqsa dwar jekk il-kmamar tal-parroċċa kienux aċċessibbli għal kulħadd, bix-xhud iwieġeb fl-affermattiv, minkejja li s-sala tal-parroċċa kienet tkun normalment magħluqa hu ma kienx jaf min kellu ċ-ċwievet tagħha.

Ix-xhud qal ukoll li l-akkużat kien qed jigdeb jekk qed jgħid li qatt ma mar fis-sala, u qed jigdeb ukoll jekk qed jgħid li lilu ma jafux. Qal li hu kien abbużat bejn tlieta u ħames darbiet fis-sala prinċipali tal-parroċċa.

Qal li ma jiftakarx kemm kien għadda żmien bejn abbuż u ieħor f’din is-sala, u jekk il-kamra kienu imsakkra dak iż-żmien jew min fetaħha. Kompla jgħid li kemm fejn isir il-qrar kif ukoll fis-sala, meta kien jiġi abbużat huwa jien jingħata l-ordni, biex joqgħod quddiem il-qassis, li kien joqgħod bilqiegħda quddiemu.

Fuq aktar mistoqsijiet minn naħa tad-difiża x-xhud ikkonferma li kullimkien kien aċċessibbli għal kulħadd u ma jiftakarx li kien jara xi persuni oħra waqt li kien qed ikun abbużat, jew li xi ħadd ra dawn l-atti jsiru.

Tenna li l-ewwel persuna li fetaħ qalbu magħha dwar l-abbuż kienet Dun Anton Theuma, u dan kien xi sentejn ilu. Ma kellu l-ebda kuntatt mal-akkużat Dun Gużepp wara li ma baqax jagħmilha ta’ abbati meta kellu 15-il sena.

Qal li qatt ma qal lill-ġenituri tiegħu dwar dak li ġara u li kienu ħadu x-xokk ta’ ħajjithom meta kienu bdew jirċievu karti mill-Qorti u mill-Pulizija. Ix-xhud tkellem ukok dwar il-mawriet ta’ nhar ta’ Ħadd ġewwa l-Għarb, biex imur jilgħab il-futbol ma’ sħabu.

Il-kappillan tax-Xagħra parish kienu jieħu lill-abbatini fejn kienu jkunu akkumpanjati minn Dun Ġużepp. Qal li meta kien imur għall-futbol qatt ma ġie abbużat mill-akkużat.

Trawma kbira

Ix-xhud tkellem ukoll dwar it-trawma li għadda minnha u l-effett tagħha mentalment u kif Anton Teuma għenu dwar dan. Qal li wara l-abbuż kien qed iħoss dipressjoni u Dun Teuma issuġġerixxa biex jingħaqad ma’ kommunità Kristjana għal għajnuna.

Tenna li dak iż-żmien kien qabad il-vizzju tax-xorb u Theuma kien staqsih jekk kienx ġralu xi ħaġa, u kien hemm li fetaħ qalbu miegħu. Id-difiża qalet li dan jista’ jkun każ ta’ identità żbaljata.

Ix-xhud qal li huwa minn dejjem kien jaf min kienu dawk li abbużawh, u dan fid-dawl tal-fatt, skont id-difiża, li seta’ kien ħadd ieħor li kien qed jabbuża minnu. Id-difiża tisħaq biex ix-xhud jirrakkonta fid-dettal, x’kien qed jiġri lilu meta kien qed jiġi abbużat.

Skomdu għall-aħħar, huwa qal li l-qassis kien ineħħilu l-qalziet u wara jimmasturbah bix-xhud jgħid li huwa jgħid li qatt ma kienu imissu. Kompla li l-akkużat qatt ma talbu biex imissu u ma kien l-ebda penetrazzjoni.

Mistoqsi għaliex huwa tkellem ma’ Anton Theuma fuq l-abbuż, u mhux ma’ xi ‘counsellor’ ieħor, qal li l-ġenituri tiegħu kienu jafuh sew lil Theuma, u għalhekk iddeċieda li jkellmu. Kienet xi ħaġa diffiċli li terġa tafda qassis, huwa qal.

Ix-xhud qal li kien irċieva ittra mingħand l-avukat ta’ Sultana, li qallu biex jieqaf mlli jkompli jagħmel allegazzjonijiet fuqu. Qal li l-Kummissjoni tas-Salwagwardji tal-Knisja kienu waslu fu ftehim, biex l-ebda qassis ma jkellmu.

Dwar it-trawma li għadda minnha qal li ħassu konfuż u diżilluż u anke kien beda jabbanduna l-istudji tiegħu. Kien anke pprova jikkommetti suwiċidju. Tenna li kien anke jistħi jħares lejn il-meta, u kien hemm mumenti fejn kien konfuż dwar is-sesswalità tiegħu. Minbarra x-xorb spiċċa wkoll jieħu d-droga.

Kompla jgħid li huwa ta l-ismijiet ta’ persuni oħra li ġew abużati bħalu lill-Kummissjoni tal-Knisja. Tenna li wieħed minnhom spiċċa miet b’overdose. Id-difiża tkompli tippersisti fuq f’liema sena huwa beda jiġi abbużat.

Wara li li kien mistoqsi meta twieled, ġie stabbilit li allegatament kien ġie abbużat fl-2003. Huwa qal li kien assesjat minn tobba li qalulu kien kien qed isofri min depression u ordnawlu biex jieħu l-pilloli minħabba din il-kundizzjoni.

Wara li ntemmet ix-xhieda, d-difiża għamlet talba biex Dun Ġużepp Sultana jingħata l-libertà proviżorja. L-avukat Angele Formosa qalet lill-Qorti li ma hemm l-ebda riskju li l-akkużat jikkontamina l-provi, u dan peress li issa l-allegat vittma ta x-xhieda tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni argumentat iżda li l-akkużat m’għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba li għad jonqos erba’ xhieda oħra, kollha qassisin, u li l-akkużat għamel kuntatt magħhom il-ġimgħa l-oħra.

Id-difiża rribbattiet billi qalet, li Sultana mhux qed iqaddes u qed ikun kważi l-ħin kollu d-dar, fejn ingħad ukoll li l-Qorti tista’ tordnalu biex ma jitkellem mal-ebda xhud.

Il-Prosekuzzjoni iżda qalet li Sultana kien bagħat lill-vittma ittra fit-12 ta’ Jannar, u dan ifisser li kien jaf bl-allegazzjonijiet qabel ma spiċċa arrestat. L-ittra inniffisha kienet attentat ċar li tiġi kkontaminata l-evidenza.

Id-difiża qalet li ma kien hemm xejn ħażin fuq l-ittra mibgħuta fit-12 ta’ Jannae. Qalet li din intbagħatet qabel ma kien hemm azzjoni kriminali fit-12 Jannar u Sultana ma kien ingħata ebda ordni biex ma jkellem lil ħadd.

Il-Qorti wara ċaħdet it-talba għal libertà proviżorja fil-konfront ta’ Sultana. Wara tressaq Dun Joseph Cini, li wkoll wieġeb mhux ħati u hawn reġa’ xehed l-allegat vittma. Ix-xhud qal li jiftakar li kellu bejn 8 u 9 snin u kien mar id-dar ta’ Cini, fix-Xagħra fit-triq lejn Marsalforn.

Ix-xhud irrakkonta l-abbuż billi qal. “Mort it-toilet u l-akkużat staqsieni jekk ħsiltx idejja u l-pene. Għidtlu le, u ħadni lura fil-kamra tal-banju biex naħsel idejja u wara neħħieli l-qalziet u beda’ jagħmel il-moqżiżiet b’ħalqu. Kien Cini li niżżilli l-qalziet.”

Ix-xhud jiftakar lil Cini jgħidlu li dak kien “biss il-bidu”. Ta’ spiss Cini kien jeħodni fil-karozza tiegħu u jsuq ‘il bogħod, imma ma niftakarx fejn ħadni, imma kien ‘il bogħod mill-bini.

“Hemmhekk, is-saċerdot kien iġiegħlni imissu, bl-abbuż jiġi estiż għall-istupru. Ġurnata minnhom mort id-dar tiegħu u sforza ruħu fuqi.”. Imbuttani fuq is-sufan u ppenetratni. Bdejt ngħajjat ​​​​imma baqa ‘sejjer”.

Ix-xhud kompla li Cini kien jagħtih il-flus kull darba li kien jabbuża minnu. “Iktar ma jagħmilli, iktar jagħtini flus,” qal ix-xhud. Kif xehed waqt li kien kontra l-qassis Joseph Sultana, ix-xhud qal lill-Qorti li spiċċa b’depression.

“Ta’ 13 jew l-14, bdejt nieħu d-drogi u l-alkoħol, Ta’ 18-il sena, ippruvajt nikkommetti suwiċidju. Kont nistħi ħafna minni nnifsi.” Huwa għadu għaddej bit-terapija u għad għandu inkubi dwar l-episodji. L-abbuż kompla għal madwar sentejn, huwa sostna.

Meta ġie mistoqsi mid-difiża għaliex mar fid-dar ta’ Cini huwa qal li ma jiftakarx iżda li kien Cini li kien talbu biex imur hemm. Tenna li seta ried jurini xi mossi tal-lotta għax dak iż-żmien kont inħobb il-lotta”.

Kompla jgħid li Cini kien involut fi klassijiet tad-duttrina Nisranija dak iż-żmien, jiftakar ix-xhud, li kie iservi fil-parroċċa tax-Xagħra. l-avukat difiża Angele Formosa xtaqet aktar dettalji aktar speċifiċi dwar dak il-perjodu ta’ żmien.

Fosthom kif kienet id-dar ta’ Cini, kemm-il darba kien jarah fil-parroċċa u l-bqija. Ix-xhud qal li ma jistax jiddeskrivi d-dar. “Kull ma niftakar hu li kienet żgħira,” u żied jgħid li kien dejjem kien ikun hemm waħdu.

“Ma nistax niftakar dettalji bħall-kulur tas-sufan. Ma niftakarx jekk kellniex l-iskola dak iż-żmien. Jien kont inqatta’ ħafna ħin fiċ-ċentru vokazzjonali tax-Xagħra.”

Dwar jekk mill-ħbieb tiegħu kienx jissuspetta li kienet qed issir xi ħaġa, ix-xhud qal li kien jigbdilhom u li qatt ma kien jgħidilhom fejn sejjer. Dwar jekk sħabu rċevewx ukoll il-flus minn Cini, qal.

“Ma nafx, imma lili tani flus wara dawn l-affarijiet, u niftakar kien tagħni Lm5 (€ 11.65) fl-aħħar okkażjoni, meta stuprani fuq is-sufan.” Wara li temm ix-xhieda tiegħu d-difiża din id-darba għamlet talba għal libertà proviżorja tal-akkużat bil-Prosekuzzjoni terġa’ toġġezzjona bil-qawwa kollha.

Għexiren ta’ snin ilu wieħed Sultana kien fiċ-ċentru ta’ kawża dwar allegat abbuż ta’ tfal fl-Awstralja. Rapport f’ġurnal Awstraljan kien qal li huwa kien irritorna Malta wara li rrifjuta li jirritorna l-Awstralja biex jiffaċċja akkużi fuq korruzzjoni ta’ minorenni f’dak il-pajjiż.

Il-Cairns Post kien irrapporta li dan is-saċerdot kien rrilokat mid-djoċesi ta’ Cairns lejn Għawdex fl-aħħar tad-disgħinijiet wara li ħarġu allegazzjonijiet ta’ mġieba ħażina li l-Knisja Kattolika qieset bħala “mhux xierqa” għal saċerdot.

Għaxar snin wara li l-qassis ħalla l-pajjiż, raġel kien ressaq kawża kontra l-Knisja Kattolika fil-Qorti Suprema, fejn sostna li kien abbużat regolarment minn dan is-saċerdot waqt li kien student u abbati fl-Iskola u l-Knisja ta’ San Ġużepp f’Atherton bejn Marzu 1979 u Novembru 1982.

Fiż-żmien li kien ġie ppreżentat il-każ tal-qorti f’Ottubru Awstraljana tas-il-ġurnal ‘The Cairns Post’ kienu rrappurtaw li r-rappreżentanti tal-knisja lokali li ma kinux jafu jekk Dun Sultana kienx għadu ħaj.

F’konversazzjoni telefonika qasira li kienet ukoll żvelata fuq il-media, l-qassis kien qal li mhux se jirritorna l-Awstralja għall-każ tal-qorti u qal ukoll lill-ġural,”Ma nistax nitkellem dwar dan miegħek jew ma’ ħadd.”

L-Isqof ta’ Cairns James Foley, li offra lill-vittma pariri reliġjużi meta huwa kien infurmat bl-abbuż f’Novembru tal-2009, qal lil The Cairns Post li kien f’kuntatt bl-email mal-Isqof ta’ Għawdex ta’ dak iż-żmien, fejn l-akkużat kien għadu qed iservi bħala saċerdot.

Ritratti: Matthew Tabone