Futbol Sport

Seydou Doumbia plejer ta’ Ħamrun Spartans

Fis-sigħat li ġejjin Ħamrun Spartans mistennija jħabbru b’mod uffiċjali l-akkwista tal-attakkant mill-Kosta tal-Ivorju Seydou Doumbia.

Doumbia ilu jitħarreġ ma’ Ħamrun mal-aħħar ġimgħat u jidher li fl-aħħar sigħat intlaħaq ftehim biex Doumbia jsir plejer ta’ Ħamrun.

Dan kien imħabbar mill-paġna ta’ Facebook tal-programm Replay. Doumbia huwa plejer ta’ fama internazzjonali hekk kif minbarra li rrapre’enta lill-pajjiżu, hu lagħab ukoll ma’ Roma, Newcastle u CSKA Moscow fost l-oħrajn. L-attakkant ta’ 33 sena mhux se jkun disponibbli għall-partita ta’ llejla kontra Valletta.