Futbol Sport

Sheffield United jaħsdu lil Manchester United

(Ritratt: EPA)

Telfa xejn mistennija minn Manchester United kontra tim li jinsab fl-aħħar post fil-klassifika bi tmien punti biss. Għal Sheffield kienet it-tieni rebħa minn 20 partita. Diżappunt għal Manchester United li baqgħu fit-tieni post b’40 punt minn 20 partita kontra l-41 punt ta’ Manchester City li wkoll lgħabu partita inqas. Kontra x-xejra tal-logħob fit-23 minuta Sheffield marru fil-vantagg. Minn azzjoni ta’ John Fleck, kien KEAN BRYAN li għeleb lil David DeGea. Riżultat li biħ intemmet l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima żdiedet il-pressjoni minn Manchester United li fl-64 minuta għamlu l-iskor 1–1 . Pass ta’ Alex Telles b’HARRY MAGUIRE jgħeleb lil Aaron Ramsdale.Fl-74 minuta, Sheffield mil-ġdid fil-vantaġġ. Azzjoni ga’ John Lundstram lejn OLIVER BURKE li għeleb lil DeGea għat 2-1.

Punt importanti għal Wolves barra minn darhom fil-partita ta’ debutt ta’ Thomas Tuchel li ħa t-tmexxija ta’ Chelsea flok Frank Lampard. Riżultat li permezz tiegħu filwaqt li Chelsea b’xi mod temmew is-serje negattiva telgħu fit-tmien post flimkien ma’ Arsenal bi 30 punt minn għoxrin partita. Wolves jinsabu fit-13 il-post bi 23 punt flimkien ma’ Crystal Palace.

Riżultat ġust f’partita miftuħa għal kull riżultat. Draw li permezz tiegħu Everton żammew is-sitt post bi 33 punt daqs Tottenham Hotspur filwaqt li Leicester fit-tielet post b’39 punt jinsabu biss punt taħt Manchester United. Bil-logħob ikun maqsum sal-ewwel nofs siegħa, fit-30 minuta Everton marru fil-vantaġġ. Gowl minn JAMES RODRIGUEZ li għeleb lil Kasper Schmeichel għal 1-0 . Minkejja li wettqu reazzjoni, Leicester kellhom jistennew sas-67 minuta biex jiksbu l-gowl tad-draw. Minn azzjoni ta’ Harvey Barnes, kien YOURI TIELEMANS li għeleb lil Pickford għal 1-1.

Azzjoni ta’ Matt Targett fl-14 il-taqsima wasslet sabiex OLLIE WATKINS għeleb lil Nick Pope biex Aston Villa marru fil-vantagg. Fit-52 minuta meritatament Burnley għamlu l-iskor 1–1 permezz ta’ BEN MEE minn pass ta’ Ashley Ewestwood. Fit-68 mill-ġdid Aston Villa fil-vantaġġ. Azzjoni ta’ Douglas Luiz b’JACK GREALISH jgħeleb lil Pope. Tmien minuti wara, mill-ġdid Burnley kisbu l-gowl tad-draw. Erik Peters lejn DWIGHT McNEIL li għeleb lil Emiliano Martinez għat-2–2. Żewġ minuti wara kien CHRIS WOOD li minn azzjoni ta’ McNeil rega’ għeleb lil Martinez b’Burnley jiksbu rebħa importanti biex fil-klassifika telgħu fil-ħmistax il-post b’19 il-punt.

Konfront dirett bejn żewġ timijiet minn naħa t’isfel tal-klassifika. Riżultat ġust f’partita kwieta, liema riżultat ħalla lil Fulham fit-18 il-post bi 13 il-punt minkejja li jgħabu 19 il-partita. L-unika konsolazzjoni għal Brighton li wara l-punt miksub jinsabu biss punt taħt Newcastle fejn jinsabu fis-17 il-post bi 18 il-punt minn 20 partita.

PREMIER LEAGUE
Ilbieraħ: C. Palace v West Ham 2-3, Newcastle v Leeds 1-2, Southampton v Arsenal 1-3, WBA v Man City 0-5 Illum: Burnley v A. Villa 3-2, Chelsea v Wolves 0-0, Brighton v Fulham 0-0, Everton v Leicester 1-1, Man Utd v Sheff Utd 1-2 Għada: Tottenham v Liverpool 9.00pm