Għawdex Kunsilli Lokali Lokali

Sindku Laburista jilmenta dwar kif qed ikunu trattati l-Kunsilli Lokali

"Hawn Malta s-Sindki qegħdin hemm għall-ġbir tal-iskart u tal-ħmieġ tal-klieb"

Is-Sindku Laburista tax-Xagħra Għawdex Christian Zammit fuq Facebook kiteb u wera d-dieqa tiegħu għal mod kif qed ikunu trattati l-Kunsilli Lokali, dan hekk kif qal li “Hawn Malta s-Sindki qegħdin hemm għall-ġbir tal-iskart u tal-ħmieġ tal-klieb”.

Dan il-messaġġ kitbu meta kien qed jikkumenta dwar żvilupp propost fix-Xlendi. Huwa qal li ukoll li “qed inkunu short-sighted immens!”

Zammit ġie elett għall-ewwel darba bħala Sindku fl-2019 u kien fis-Segretarjat tal-Ministru Anton Refalo.