Futbol Sport

Stennija għall-konfront Valletta kontra Ħamrun Spartans

Illejla fil-Hibernians Stadium fis-6.30pm tintlagħab il-partita bejn Valletta u Ħamrun Spartans, partita li hemm stennija kbira miż-żewġ timijiet minħabba r-rivalità li kien hemm fil-passat u għad hemm illum.

Ħamrun jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika b’35 punt filwaqt li Valletta jinsabu fid-disa’ post bi 23 punt b’żewġ partiti x’jirkupraw.

Illeja wkoll fis-Centenary Stadium jiġu rkuprati żewġ partit oħra fejn fil-5.00pm, Gudja United jilgħabu kontra Hibernians filwaqt li fid-9.00pm Floriana jilgħabu kontra Lija Atheltics.