Sport Sport Ieħor

Tenishia Thornton tirbaħ l-unur Atlas Atleta Żgħażugħa tas-Sena

Il-weightlifter żgħażugħa Tenishia Thornton rebħet l-unur tal-ewwel edizzjoni tal-Atlas Atleta Żgħażugħa tas-Sena għal 2020.

Aktar kmieni s-sena li għaddiet Thornton irnexxielha tikteb l-istorja hekk kif saret l-ewwel atleta Maltija li rebħet midalja fl-IWF Youth World Cup. Thornton kienet magħżula wara votazzjoni li saret kemm mill-ġurnalisti tal-isports li kellhom 60% tal-voti finali kif ukoll mill-pubbliku b’vot fuq Facebook.

Ir-Runner-ups ta’ dan l-unur spiċċaw l-futbol Haley Bugeja u l-atleta tal-ġinnastika Tara Vella Clark.