Futbol Sport

Tkompli il-mixja negattiva ta’ Floriana

Floriana …………..1

Lija ………………2

Floriana: A.Cassar, N.Leone, K.Keqi, J.Ulisses Arias, B.Paiber (D.Venancio 70’), J.Pisani, N.Garcia, A.Cini, S.Arab (J.Lumu 46’), F.Cheveresan, R.Camenzuli

Lija: L.Bonnici, L.Muscat, I.Borg, E.Beu, J.Brandan, O.Serrano, M.Jimenez (A.Galea 93’), C.Gill, C.Giordimaina, G.Virano, C.Flores (D.Scerri 78).

Referee: S.Pace

Assistenti Referees: D.Stankovic, M.Scerri

Iż-żewġ timijiet daħlu għal din il-partita bit-tir li jieħdu it-tliet punti massimi hekk kif Floriana ilhom fuq xahar mingħajr rebħa filwaqt li Lija jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika b’sitt punti biss.

Madanakollu, Lija fetħu l-iskor fil-25 minuta meta wara azzjoni maħduma tajba fuq il-lemin, JAVIER BRANDAN laħaq fuq il-cross qabel id-difensuri Furjaniżi, biex tefa’ wara Andrea Cassar għal 1-0. Lija rduppjaw fit-33 minuta meta fuq pass ta’ Miguel Jimenez kien JAVIER BRANDAN li qabbeż tajjeb minn fuq Cassar u kkonkluda tajjeb bir-ras f’lasta vojta għal 2-0. Ftit wara Floriana marru viċin il-gowl permezz ta’ Cheveresan, li madanakollu xeħet barra. Floriana daħlu fil-partita fid-59 minuta meta minn free kick minn fuq ix-xellug ta’Kristian Keqi kien JURGEN PISANI li approfitta minn indiċeżjoni fid-difiża biex min pożizzjoni faċli għamel l-iskor 2-1. Lejn it-tmiem tkeċċa wkoll Alex Cini ta’ Floriana.

Floriana komplew ifittxu l-gowl tal-parita’ u saħansitra kellhom gowl ta’ Kristian Keqi mħassar għall-offside. B’hekk b’dan ir-riżultat Floriana komplew bil-mixja negattiva tagħhom filwaqt li Lija qawwew it-tamiet tagħhom li jsalvaw il-pożizzjoni tagħhom fil-Kampjonat BOV Premier.