Futbol Sport

Tripletta ta’ Sasere tagħti tliet punti meritati lil Ħamrun kontra r-rivali Valletta

(Ritratt: Domenic Aqulina/MFA)

Rowen Camilleri

VALLETTA………0

ĦAMRUN S………..3

Valletta: H. Bonello, J. Caruana, S. Malano, M. Piciollo, K. Nwoko, J. Borg (R. Camilleri 15’), E. P. Beltre (E. Sala 25’) , R. Muscat, L. Aguirre, M. Alba (T. Caruana 71’), R. Fenech (S. Dimech 71’)

Ħamrun S.: E. Bartolo, D. Gojkovic, M. Guillaumier (C. Borg 84’), J. Mbong (X. Portelli 88’), A. Soares (D. Borg 84’), F. Sasere (M. Larapasta 88’), B. Cittadini (I. Adeshina 61’), S. Valero, J. Corbalan, P. Djordjevic, K. Micallef

Imwissija: R. Fenech 26’, E. Sala 77’ (V) M. Guillaumier 78’ (Ħ)

Skorjaw: F. Sasere 20’, 64’ 81’ (Ħ)

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti Referees: Roberto Vella u Paul Apap

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Franklin Sasere (Ħamrun Spartans)

BOV Plejer tal-logħba: Franklin Sasere (Ħamrun Spartans)

F’partita tant mistennija bejn ir-rivali Valletta u Ħamrun Spartans, dawn tal-aħħar żammew posthom fil-quċċata tal-klassifika meta fil-Hibernians Stadium ħarġu  meritatament rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 biex b’hekk baqgħu fl-ewwel post bi 38 punt, żewġ punit fuq Hibernians

Kienet logħba li rat lil Ħamrun iddixxiplinati f’kull dipartiment bil-konsegwenza li l-avversarji ftit ingħataw ċans joħolqu periklu.

Ħamrun kienu mmexxija mill-assistent Stefan Sultana minħabba li Mark Buttiġieġ kien sospiż wara li tkeċċa fi tmiem il-ġimgħa kontra Santa Lucia. Barra minnhekk huma kellhom nieqes lill-midfielder Brażiljan Emerson Marcelina, li wkoll tkeċċa kontra Santa Lucia filwaqt li Soufiane Lagzir weġġa fl-istess logħba u għalekk ma’ kienx parti mill-iskwadra. Minn naħa l-oħra l-kowċ ta’ Valletta Antonio José Cardoso Mendes kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-plejers kollha li lagħbu kontra Balzan filwaqt li Taisei Marukawa u Mario Fontanella reġgħu kienu barra mill-iskwadra b’dan tal-aħħar jidher li hu mweġġa filwaqt li l-plejer Ġappuniż tħalla bara għat-tieni darba konsekuttiva mill-kowċ Portugiż.

Valletta kienu ġejjin minn rebħa ta’ 1-0 kontra Balzan filwaqt li Ħamrun ħadu daqxejn ta’ ħasda meta kontra Santa Lucia kienu resqin lejn telfa ta’ 2-1 iżda rnexxielhom isalvaw punt fl-94 minuta.

Wara biss żewġ minuti logħob Ħamrun resqu viċin meta Blas Cittadini beda l-azzjoni minn nofs il-ground , lagħab il-ballun mal-linja lejn Soares li wara li dan daħal fil-kaxxa prova xutt li Bonello kellu jdawwar f’korner. Fid-19-il minuta reġgħu kienu Ħamrun fl-attakk meta Djordjevic avvanza mil-lemin u wara li daħal fil-kaxxa qassam lejn in-nofs fejn kien hemm Cittadini, iżda l-konklużżjoni tal-Arġentin spiċċat faċilment f’idejn Bonello. Minuta wara l-Ispartans fetħu l-iskor. Kienet ħarba tipika ta’ Soares mal-linja, b’dan tal-aħħar jinħol fil-kaxxa u meta kien deher li kważi tilef il-ballun b’xi mod il-ballun ġie f’saqajn FRANKLIN Sasere li minn quddiem Bonello ma’ falliex. Wara nuqqas t’azzjonijiet fit-43 minuta Joseph Mbong ħarab tajjeb ħafna mal-linja tal-lemin, daħal fil-kaxxa u ta l-ballun lejn in-nofs iżda min qagħda tajba ħafna Soares tefa l-ballun għoli.

Fit-tieni taqsima Ħamrun komplew fejn ħallew u fit-48 minuta Guillaumier min-nofs il-ground tefa’ ballun fit-tul lejn Soares li wara li ġera madwar għoxrin metru, daħal fil-kaxxa iżda xxutt fil-baxx tiegħu ġie milqugħ tajjeb minn Bonello. Ħamrun baqgħu l-aħjar tim fil-ground u fit-53 minuta Joseph Mbong f’azzjoni personali qata’ d-difiża bil-ġirja veloċi iżda minn quddiem Bonello ra’ l-gowlkiper Internazzjonali Malti jdawwar f’corner. Ħamrun irduppjaw meritatament fl-64 minuta. Kien Predrag Djordjevic li tefa’ ballun tajjeb u ġab waħdu lil FRANKLIN SASERE li minn quddiem Bonello ma’ żbaljax għat-tieni gowl ta’ Ħamrun u tiegħu personali. Fil-81 minuta Ħamrun issiġillaw ir-rebħa. Kienet ħarba tas-solitu Ailton Soares li b’finezza liema bħala qabeż żewġ difensuri u tefa’ kross fil-baxx li sab lil FRANKLIN SASERE b’lasta voja biex b’hekk għaqqad tripletta personali u ta tliet punti lill-Ħamrun.