Lokali Qorti

Żagħżugh mixli li ta n-nar karozza ta’ uffiċjal tal-Pulizija jingħata l-libertà proviżorja

Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Raħal Ġdid li jinsab mixli li fis-sigħat bikrin tal-aħħar tas-sena f’Ħal Tarxien, ta n-nar karozza propjetà ta’ uffiċjal tal-Pulizija ingħata l-libertà proviżorja mill-Qorti tal-Maġistrati.

Denilson Manicaro kien inżamm arrestat meta tressaq il-Qorti fl-14 ta’ Jannar li għadda wara li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Huwa qed jiġi mixli li ħaraq il-karozza Toyota Vitz għall-ħabta tas-1.30am. u li kkaġunalha ħsara ta’ aktar minn €2,500.

Huwa qed jiġi mixli wkoll li waqt li saret tfittxija fuqu nstabet id-droga, f’ċirkostanzi li juri li din ma kinitx għal użu tiegħu. Fil-Qorti ħareġ li saret inkjesta fuq dan il-każ u li minn filmati tas-CCTV’s fl-inħawi waslu għall-akkużat Manicaro.

Meta bdiet il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, l-Ispettur Mario Xiberras qal li kkonferma li minn dak li qallu l-akkużat huwa ma riedx jaħraq il-karozza ta’ uffiċjal tal-Pulizija, iżda ta’ persuna oħra li kellu xi jgħid magħha.

Xehed ukoll il-vittma, membru tal-Korp tal-Pulizija, li qal li lill-akkużat huwa kien jafu minn qabel u dan fuq investigazzjoni li għamel preċedentement.

Tenna li kien għall-ħabta tas-2.00a.m. li qam maħsud meta skopra li fit-triq kienet qed taqbad il-karozza tiegħu. Qal li kien diżorjentat tant għall-ewwel ħaseb li kienet xi ċajta u kien wara ftit li rrealiżża x’kien ġara.

Qal li apparti d-danni li sofriet il-karozza, danni oħra kienu jinkludu dokumentazzjoni relat magħha. Wara sar is-sottomissjonijietfuq il-libertà proviżorja fejn l-Avukat Franco Debono mgħejjen mill-Avukat Amadeus Cachia, argumenta li wara li xehed il-vittma u anke minn dak li ngħad milll-Pulizija, Manicaro ikkopera u hemm ukoll il-preżunzjoni tal-innoċenza tiegħu.

Il-Qorti laqgħet t-talba fuq depożitu ta’ €900 u garanzija personali ta’ €4,100. Dwar il-każ il-Pulizija qalet li l-karozza li ngħatat n-nar permezz ta’ lighter. Il-Prosekuzzjoni qed tikontendi wkoll li l-akkużat kellu xi ġrieħi f’idu l-leminija u li din għamilha bil-ħarqa tal-karozza.

Waqt li saret tfittxija fuqu minbarra d-droga fejn instabu 12-il gramma ta’ kokaina u crack, kif ukoll ċavetta tal-karozza li kien biha waqt il-kummissjoni tar-reat.

Ingħad li huwa kien qed isuq karozza Volkwagen Polo griża u wara li saret sorveljanza ġie skopert min kienet il-persuna li qabdet il-karozza. Dan ukoll wara li mill-mobile tiegħu saret magħrufa l-lokaliżazzjoni tiegħu u kien fit-12 ta’ Jannar li Manicaro ġie arrestat.

Il-Pulizija qalet li skopriet ukoll li l-karozza Vitz ingħatat in-nar permezz ta’ lighter u li hu ammetta magħhom li kien hu li ħaraq il-karozza, iżda ma kienx il-mottiv tiegħu li jaħraq tal-Pulizija, iżda ta’ persuna oħra. Ingħad iżda li huwa ma qalx lill-Pulizija ta’ min karozza ried jaħraq.

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li l-akkużat kellu xi ġrieħi f’idu l-leminija u li din għamilha bil-ħarqa tal-karozza. Waqt li saret tfittxija fuqu minbarra d-droga fejn instabu 12-il gramma ta’ kokaina u crack, kif ukoll ċavetta tal-karozza li kien biha waqt il-kummissjoni tar-reat.