Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Imutu 3 persuni – 208 każ ġdid

Huma 208 l-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 17,400 n-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 200 persuna biex issa huma 14,452 dawk il-persuni li fiequ.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra tlett vittmi oħra tal-pandemija; żewġt irġiel ta’ 87 u 69 sena rispettivament li tilfu ħajjithom fl-Isptar Mater Dei u mara ta’ 87 sena li mietet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Sabiex l-ammont totali ta’ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa żdiedu għal 261…13-il fatalità fl-aħħar 6 ijiem.

B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,687.

Dan filwaqt li tul il-jum tal-Erbgħa ngħataw 1,141 vaċċin – b’401 jingħataw t-tieni doża.