Coronavirus Edukazzjoni Lokali

Ebda ħjiel dwar meta l-edukaturi se jieħdu t-tilqima

Il-Ministru tal-Edukazzjoni ghadha mhix f’pozizzjoni li taghti data jew perjodu dwar meta l-edukaturi f’Malta u Għawdex ser ikunu qed jieħdu t-tilqima kontra l-Covid-19. B’Justyne Caruana tfarfarha fuq l-awtoritjiet tas-Saħħa.

Wara l-btajjel tal-Milied, l-Union tal-Għalliema kienet ħabbret azzjoni industrijali bil-għan li twassal it-thassib ta’ bosta għalliema u ġenituri minhabba ż-żieda fil-każi ġodda tal-pandemija f’pajjiżna.

Mistoqsija jekk huwiex ta’ tħassib għaliha li l-każi għad mhux qed jaraw trażżin, Justyne Caruana insistiet li t-tfal huma dixxiplinati.

Intant, fost il-punti li ntlaħaq ftehim dwarhom bejn l-MUT u l-Gvern Laburista biex l-edukaturi ma jkomplux bl-istrajk ….il-unjin kellha tkun aġġornata bin-numri ta’ każi ġodda fl-iskejjel – informazzjoni li Justyne Caruana qed tghid illi qed tinghata.